Esperjenzi emozzjonali u l-benesseri (wellbeing) tan-nies matul il-pandemija tal-COVID-19

 

Riċerkatur: Dr Disa Sauter, Dipartiment tal-Psikoloġija, Università ta’ Amsterdam
 

Għan tal-istudju
 

Dan l-istudju għandu l-għan li jinvestiga l-esperjenzi emozzjonali u l-benesseri tan-nies waqt it-tifrix tal-COVID-19 madwar id-dinja. F’dan l-istudju, nużaw il-frażi "COVID-19" biex nirreferu għall-pandemija attwali tal-koronavirus.
 

Min jista’ jieħu sehem?


Kull min għandu 'l fuq minn 16-il sena jista' jieħu sehem fl-istudju.
 

Il-parteċipazzjoni tiegħek f’dan l-istudju


L-istudju jieħu madwar 6 minuti biex jitlesta.


Inti se tkun mistoqsi dwar l-esperjenzi emozzjonali tiegħek fil-ġimgħa li għaddiet, il-benesseri tiegħek, u l-imġieba tiegħek waqt it-tixrid tal-COVID-19. Se nistaqsuk ukoll għal xi informazzjoni demografika, bħall-età u l-ġeneru.

Fl-aħħar parti tal-istudju, ser ikollok l-għażla li twieġeb xi ftit iktar mistoqsijiet relatati
mal-personalità tiegħek, l-istatus tar-relazzjoni tiegħek, eċċ. Dawn il-mistoqsijiet jieħdu 3 minuti oħra; u mhumiex obbligatorji.

 

Volontarjetà


M’intix obbligat/a li twieġeb il-mistoqsijiet kollha u tista’ twaqqaf l-istudju fi xħin trid mingħajr ma tagħti l-ebda raġuni. Dan mhux ħa jkollu riperkussjonijiet negattivi fuqek.
 

Skumdità, riskji u assigurazzjoni


Kull riċerka li ssir fl-Università ta' Amsterdam, għandha assigurazzjoni ta' responsabbiltà legali li hija standard.
 

Il-privatezza tiegħek hija garantita


Mhux se nitolbuk informazzjoni personali li tista’ tidentifikak. Id-data miksuba minn dan l-istudju se tiġi ppubblikata f'ġurnali xjentifiċi; Data kompletament anonimizzata tista’ tinqasam ma’ riċerkaturi oħra.
 

Aktar informazzjoni


Jekk ikollok xi mistoqsijiet dwar din ir-riċerka, kemm qabel kif ukoll wara li timla l-kwestjonarju, tista’ tikkuntattja lir-riċerkatur responsabbli Dr Disa Sauter, permezz tal-indirizz elettroniku: d.a.sauter@uva.nl. Għal kwalunkwe ilment dwar dan l-istudju, tista’ tikkuntattja lill-membru tal-Kumitat tal-Etika, Dr Mark Rotteveel, permezz tal-indirizz elettroniku m.rotteveel@uva.nl.
 

Formola ta’ kunsens

Wieġeb “Iva” għad-dikjarazzjonijiet kollha li ġejjin biex tipproċedi għall-istudju.